65
Avviżi Importanti
Dan il-prodott KETTLER ġie mibni skond l-aħħar regolamenti tas-sikurezza u għadda
minn monitoraġġ kontinwu ta' kwalità. Fl-iżvilupp tal-prodott nużaw l-għarfien u l-
esperjenza kollha tagħna. Għal din ir-raġuni, nirriżervaw id-dritt li nagħmlu bidliet fid-
disinn u t-teknoloġija biex nipprovdu lill-klijenti tagħna dejjem prodott ta' l-aqwa kwa-
lità. Jekk madankollu ssib raġuni għal xi lment, jekk jogħġbok ikkuntattja n-negozjant
tiegħek.
Għas-sigurtà tiegħek
ATTENZJONI! Uża biss taħt is-superviżjoni diretta ta' persuna adulta! L-użu
huwa permess għal persuna waħda (1) biss. Jekk jogħġbok iżgura li din il-vettura
tat-tfal tintuża biss f'ambjent mingħajr riskju. Il-vettura m'għandhiex tintuża qrib
niżliet, turġien, toroq, ferroviji, kanali, eċċ. Waqt l-użu għandhom jintużaw żraben
b'saħħithom. Nissuġġerixxu li jintlibsu indumenti protettivi adatti u elmu tas-sigrtà.
ATTENZJONI! Dan il-ġugarell għandu jinżamm 'il bogħod minn tfal ta' taħt l-
età ta' tliet snin!
ATTENZJONI! Mhux adatt għal tfal ta' taħt l-età ta' tliet snin!
ATTENZJONI! Erfa' l-istickers dekorattivi mhux użati f' post sigur 'il bogħod minn
tfal żgħar. (partijiet żgħar li jistaw jinbelgħu) Periklu ta' fgar!
ATTENZJONI! Żomm il-prodott il' bogħod mit-tfal waqt l-assemblaġġ (partijiet
żgħar li jistaw jinbelgħu).
ATTENZJONI! Għal prodotti b' tajers pnewmatiċi: Issikka dejjem sew it-tappijiet
tal-valvijiet u warrabhom mit-tfal (partijiet żgħar li jistaw jinbelgħu)!
■ Dan il-ġugarell huwa adatt biss għall-użu privat (l-ebda użu kummerċjali jew pub-
bliku).
■ Din il-vettura tista' tintuża biss għall-għan maħsub tagħha, jiġifieri bħala ġugarell użat
minn persuna waħda (1). Huwa projbit u potenzjalment perikoluż kull użu ieħor tagħ-
ha. Il-manifattur ma jistax jinżamm responsabbli għal danni kawżati mill-użu mhux
xieraq.
■ Il-vettura hija adatta għat-tfal ta' bejn 4 - 8 snin u twal bejn 100 - 130cm.
■ Il-Vetturi tat-tfal KETTLER jissodisfaw kollha l-EN 71-1/-2/-3 (Norma Ewropea
għas-"Sikurezza tal-ġugarell"; il-piż tal-utent massimu: 50 kg). Kull tiswija skorret-
ta jew alterazzjoni (tneħħija ta' partijiet oriġinali, żieda ta' komponenti oħra, eċċ)
tista' tkun ta' perikolu għall-utent.
■ Komponenti difettużi jistgħu jipperikolaw is-sigurtà ta' l-utent u jikkompromettu l-
ħajja tal-vettura. Iċċekkja l-komponenti kollha regolarment u f' intervalli qosra
(skond kemm spiss jintuża l-prodott) għal ħsarat possibbli u għal konnessjonijiet
maħlula (viti, konnetturi, eċċ.
■ Ibdel dawk il-komponenti difettużi/mikula immedjatament u warrab il-prodott mill-
użu sakemm issir it-tiswija meħtieġa. Jistgħu inkella jinħalqu ħsarat/perikli mhux
previsti. Skond il-ħtieġa għandhom dejjem jintużaw partijiet oriġinali KETTLER!
Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel l-assebla-
ġġ u l-ewwel użu. Fihom issib informazzjoni importanti dwar is-
sigurtà tiegħek u l-użu u l-manutenzjoni ta' dan il-prodott KETTLER.
Erfa' dawn l-istruzzjonijiet f' post sigur għall-informazzjoni tiegħek,
għall-manutenzjoni tal-prodott u sabiex tordna partijiet ta' rikambju.