49
Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel l-as-
seblaġġ u l-ewwel użu. Fihom issib informazzjoni importanti
dwar is-sigurtà tiegħek u l-użu u l-manutenzjoni ta' dan il-pro-
dott KETTLER. Erfa' dawn l-istruzzjonijiet f' post sigur għall-in-
formazzjoni tiegħek, għall-manutenzjoni tal-prodott u sabiex
tordna partijiet ta' rikambju.
– MT – Avviżi Importanti
Għas-sigurtà tiegħek
ATTENZJONI! Uża biss taħt superviżjoni diretta ta’ adulti! Persuna waħda(1)
biss tista’ tuża dan il ġugarell. Iżgura li l-vettura ġugarell tintuża biss f’ambjent
sikur. Tużax il-vettura qrib inklinazzjonijiet, taraġ, toroq, ferroviji, postijiet fejn
jinġabru l-ilmijiet, eċċ. (periklu ta’ aċċident, li tinqaleb, taqa’, ferriment); pre-
feribbilment uża f’żoni sikuri bħal uċuħ solidi u ċatti. Attenzjoni: meta tuża fit-
toroq pubbliċi, hemm periklu ta’ aċċidenti u ġrieħi serji! Ilbes żraben
b’saħħithom meta tuża. Aħna nirrakomandaw li tilbes indumenti protettivi u
elmu tas-sigurtà.
ATTENZJONI! Dan il-ġugarell għandu jinżamm 'il bogħod minn tfal ta' taħt l-
età ta' tliet snin!
ATTENZJONI! Mhux adatt għal tfal ta' taħt l-età ta' tliet snin!
ATTENZJONI! Erfa' l-istickers dekorattivi mhux użati f' post sigur 'il bogħod
minn tfal żgħar. (partijiet żgħar li jistaw jinbelgħu) Periklu ta' fgar!
ATTENZJONI! Żomm il-prodott il' bogħod mit-tfal waqt l-assemblaġġ (parti-
jiet żgħar li jistaw jinbelgħu).
ATTENZJONI! Għal prodotti b' tajers pnewmatiċi: Issikka dejjem sew it-tappi-
jiet tal-valvijiet u warrabhom mit-tfal (partijiet żgħar li jistaw jinbelgħu)!
ATTENZJONI! Peress li l-vettura hija ġugarell, din ma tissodisfax ir-rekwiżiti
għall-użu f' toroq pubbliċi u għaldaqstant ma tistgħax tintuża fihom.
ATTENZJONI! L-utent għandu dejjem jadatta s-sewqan tiegħu/tagħha għal
kundizzjonijiet lokali kif ukoll għall-ħiliet personali tiegħu/tagħha. Sewqan
estrem madwar kantunieri b’veloċitajiet eċċessivi u bl istering maqful kollu jista’
jwassal biex il-vettura tinqaleb!
ATTENZJONI! Il-ġugarell għandu jintuża biss minn tfal li għandhom kapaċi-
tajiet motorili suffiċjenti għall ġestjoni sikura tal-ġugarell.
■ Dan il-ġugarell huwa adatt biss għall-użu privat (l-ebda użu kummerċjali jew
pubbliku).
■ Din il-vettura għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għaliha ġiet maħluqa, i.e.
bħala ġugarell li jintuża minn persuna waħda (1). Kull forma oħra ta’ użu mhu-
wiex permess u jista’ jkun perikoluż (ġrieħi, aċċidenti, waqgħat). Il-manifattur
ma jistax jinżamm responsabbli minn ħsarat li jiġi mill-użu li mhux konformi
Dan il-prodott KETTLER ġie mibni skond l-aħħar regolamenti tas-sikurezza u għ-
adda minn monitoraġġ kontinwu ta' kwalità. Fl-iżvilupp tal-prodott nużaw l-għar-
fien u l-esperjenza kollha tagħna. Għal din ir-raġuni, nirriżervaw id-dritt li nagħmlu
bidliet fid-disinn u t-teknoloġija biex nipprovdu lill-klijenti tagħna dejjem prodott
ta' l-aqwa kwalità. Jekk madankollu ssib raġuni għal xi lment, jekk jogħġbok ik-
kuntattja n-negozjant tiegħek.